L-Aħħar Kalkulatur Tagħna: Eħles mid-Dejn

Jekk għandek aktar minn dejn wieħed – aktar minn karta ta’ kreditu waħda, self fuq id-dar, self għall-karozza – qatt staqsejt xi strateġija għandek tadotta biex tħallas id-dejn tiegħek. Aktar kmieni din is-sena ĠEMMA ippostjat serje ta’ artikli fir-rigward tad-dejn. Dawn kienu jinkludu suġġerimenti biex tnaqqas l-ispiża tad-dejn tal-karti ta’ kreditu tiegħek, kif tagħmel l-aħjar…

IFHEM U UŻA TAJJEB L-OVERDRAFT

L-overdraft hija mod kif tissellef flus mill-bank tiegħek, marbuta mal-kont kurrenti tiegħek – bażikament sabiex tista’ kultant tonfoq aktar milli għandek. Overdraft bankarju jista’ jiġi awtorizzat jew mhux awtorizzat: Overdrafts awtorizzati huma rranġati minn qabel.  Inti taqbel ma’ limitu ta’ self mal-bank tiegħek, u tista’ tonfoq flus sa dak il-limitu permezz tal-metodi normali kollha ta’…

Il-Manutenzjoni ta’ Darek

Lil hinn mil-lista twila ta’ spejjeż marbuta max-xiri ta’ dar il-manutenzjoni tagħha wkoll tinvolvi l-ispejjeż. F’din it-taqsima għandek issib informazzjoni dwar it-tipi ta’ spejjeż essenzjali li trid taħseb għalihom. Il-pagamenti fuq is-self Din se tkun waħda mill-akbar spejjeż kontinwi tiegħek. Tkellem mal-bank tiegħek biex il-pagamenti tas-self jitnaqqsu awtomatikament mill-kont tiegħek fuq skeda li taħdem l-aħjar…

Ix-xiri ta’ darek

Ix-xiri tad-dar huwa eċitanti u jbiddillek ħajtek. Li tfaddal għad-depożitu, li se tpoġġi meta tasal biex tieħu self, huwa importanti. Ftakar, aktar ma tpoġġi flus fuq quddiem, anqas ser ikollok bżonn tissellef, u anqas ser ikun l-ammont ta’ interessi li ser tħallas fuq is-self. Il-mira tiegħek li tixtri darek Kun realistiku xħin tiddeċiedi li tinvesti…

Tixtri Karozza

Ix-xiri ta’ karozza huwa xi ħaġa eċitanti, iżda jinvolvi obbligazzjonijiet finanzjarji. Jekk qed taħseb li tibda ssuq, huwa l-waqt tagħti ħarsa lejn l-ispejjeż assoċjati ma’ dan. L-għażla tal-karozza xierqa Ixtri karozza li tgħodd għall-baġit tiegħek u l-attitudnijiet tas-sewqan tiegħek. Jista’ jkun li ssib karozza tajba b’inqas flus jekk tixtri waħda użata diġà.  L-aġenti ħafna drabi…