Assistenza fil-ħlas tal-kirjiet
Il-Gvern ħabbar li l-persuni affettwati b’mod negattiv mill-COVID-19 jistgħu jirċievu benefiċċji li jkopru sa 80% tal-kera.
Il-persuni li huma eliġibbli għal dan il-benefiċċju huma:
- persuni li tilfu l-impjieg tagħhom u għalhekk mhumiex qed jirċievu l-ebda paga;
- persuni li huma temporanjament sospiżi fuq leave bla ħlas;
- persuni li jaħdmu għal rashom li d-dħul tagħhom naqas b’mod sinifikanti;
- persuni li qed jesperjenzaw vjolenza domestika.
L-għan ta’ dan il-benefiċċju huwa li jiżgura, sa fejn hu possibbli, li l-kerrejja jkunu jistgħu jħallsu l-kera, u b’hekk jissalvagwardjaw ir-residenza tagħhom.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, tista’ tikkuntattja l-Awtorità tad-Djar kif ġej:
Indirizz postali
L-Awtorità tad-Djar
22, Triq Pietro Floriani
Il-Floriana FRN1060
Telefown
- Ġenerali – 8007 2232/2299 1000
- Irrapporta l-abbuż tal-akkomodazzjoni soċjali – 8007 2294