Illum qed intellgħu r-raba’ vidjow tas-serje tagħna ta’ 5 vidjows ta’ kif tista’ tiekol ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit. Ir-riċetta ta’ ĠEMMA b’ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit ippreżentata llum, li hi mħejjija speċifikament għal ĠEMMA mill-Kok Neil Darmanin, hi dik tal-pulpetti.
Kemm-il darba smajna –
L-infiq ta’ kull xahar tiegħi jmur lejn l-ikel. Nonfoq madwar €450 fix-xahar fuq ix-xiri tal-merċa nofs minnhom huma speċifikament għat-tfal.
Huwa faċli li tagħmel spejjeż żgħar u bla ħsieb meta tqis r-rutina mimlija u mgħaġġla tagħna, iżda sfortunatament, maż-żmien dawn l-ispejjeż jitilgħu għal somom ta’ flus. Il-prattika negliġenti tal-immaniġġjar tal-flus hija wkoll fattur li jista’ jaffettwa s-saħħa ġenerali tagħna.
Kif tista’ tindirizza l-infiq żejjed fuq l-ikel?
- Għamel pjan finanzjarju effettiv billi tħares aktar lejn l-infiq tiegħek
Hemm ħafna riżorsi online b’xejn bħall-kalkulaturi ta’ ĠEMMA. Tista’ wkoll tagħmel użu minn Apps tal-mobile b’xejn.
- Kun konxju tax-xiri bl-impuls; ammettih; eliminah.
It-tentazzjoni tista’ tiġi reżistita u x-xiri bl-impuls jista’ jiġi eliminat billi:
– tagħmel lista predeterminata qabel tmur tixtri;
– iżżomm f’moħħok ix-xiri b’baġit predeterminat;
– tmur tixtri b’ammont predeterminat ta’ flus kontanti fl-idejn.
- Evita li tixtri bl-ingrossa
Ix-xiri bl-ingrossa jfisser prezzijiet aktar baxxi – sa hemm naqblu perfettament jekk ikun hemm skontijiet relatati miegħu iżda:
– għandu t-tendenza li jżid l-użu minħabba d-data ta’ skadenza;
– għandu t-tendenza li jżid il-konsum minħabba li l-oġġett tal-ikel huwa disponibbli f’ammont kbir;
– għandu t-tendenza li jibqa’ fuq l-ixkaffa sakemm jiskadi u jintrema.
- Agħmel skeda tal-ikel għall-iskola
– Agħmel pjan tal-menù ta’ kull ġimgħa bl-użu b’diversi modi ta’ ingredjenti rħas – Għandek nuqqas ta’ ideat? Fittex fuq Google u toqgħodx tiddependi fuq take-aways tal-aħħar minuta mimlija xaħmijiet u melħ li jiswew ħafna u li jwasslu għal problemi oħra ta’ saħħa.
– Warrab biżżejjed ħin biex tipprepara l-ikliet – ejja ngħidu s-Sibt wara nofsinhar jew il-Ħadd filgħodu.
– Jekk għandek it-tfal, involvihom.
– Fix-xiri, mur għal għażliet ta’ ikel bnin – mhux għoli, iżda li jżommuk b’saħħtek u jimliek.
Konklużjoni –
Drawwiet tajbin ta’ saħħa u prattiki għaqlija tal-immaniġġjar tal-flus għandna nħarsu lejhom bi pjaċir, bħala parti mir-rutina tagħna ta’ kuljum biex ngħixu b’saħħitna. Kull min iħaddan imġiba tajba għal saħħtu huwa aktar probabbli li jkompli fl-istess drawwiet.
Fil-ġimgħat li ġejjin, kull nhar ta’ Ħamis, se ntellgħu riċetta b’ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit, li hija speċifikament ippreparata għal ĠEMMA mill-Kok Neil Darmanin. Ir-riċetti ta’ ĠEMMA b’ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit huma:
Gnocchi | Il-Ħamis 23 ta’ Lulju |