It-tim ĠEMMA bi pjaċir qed jippreżenta t-tieni parti tas-serje tiegħu: Il-Kotba ż-Żgħar Suwed dwar l-Iscams u l-Frodi
Dan il-ktieb elettroniku ġdid jiddiskuti l-frodi u l-iscams li ġejjin u joffrilek suġġerimenti kif tipproteġi lilek innifsek:
- Frodi fl-użu tal-ATM
- Frodi finanzjarja tal-qraba anzjani
- Cold Calling Scams
- Frodi permezz ta’ emails qarrieqa
- Scams permezz ta’ phishing, vishing, smishing u pharming
- Nases fl-abbonament
![scams pic 1 bil-malti](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/06/scams-pic-1-bil-malti.png)
![scams pic 2 bil-malti](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/06/scams-pic-2-bil-malti.png)
![scams pic 3 bil-malti](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/06/scams-pic-3-bil-malti.png)
![scams pic 4 bil-malti](https://gemma.gov.mt/wp-content/uploads/2020/06/scams-pic-4-bil-malti-1.png)
L-għan tas-serje ta’ ĠEMMA, tal-Kotba ż-Żgħar Suwed dwar l-Iscams u l-Frodi, huwa li jagħmlek familjari mal-ħafna scams u frodi li għaddejjin u jarmak b’ċertu għarfien dwar kif tista’ tipproteġi lilek innifsek. Fil-fatt, li tkun taf għal xiex toqgħod attent/a, u xi suġġerimenti bażiċi li jgħidulek x’għandek tagħmel, jgħinuk ħafna biex iżommuk sigur/a u ma ssirx vittma.
It-tim ĠEMMA se jorganizza webinar fuq l-iscams u l-frodi ġenerali, u fuq l-ewwel parti u t-tieni parti tas-serje: Il-Kotba ż-Żgħar Suwed dwar l-Iscams u l-Frodi, nhar it-Tlieta l-14 ta’ Lulju mill-10 sal-11.30am. Ikklikkja hawn biex tirreġistra l-post tiegħek biex tattendi l-webinar. Id-dettalji tal-panel se jitħabbru meta toqrob aktar id-data.