It-tim ta’ ĠEMMA applowdja kalkulatur ġdid:
Il-valur nett huwa kalkolu relattivament ħafif u faċli biex tagħmel, u huwa mod siewi biex issegwi l-progress finanzjarju tiegħek u tara jekk intix verament miexi/ja ’l quddiem. Allura x’inhu l-valur nett u kif taħdem il-valur nett tiegħek? Il-valur nett huwa indikatur tal-qagħda finanzjarja tiegħek.
Dan il-kalkulatur se jgħinek tiddetermina l-valur nett tiegħek. Inti tista’ tistaqsi, x’inhu l-valur nett?
Il-valur nett huwa l-valuri kkombinati tal-assi tiegħek, jew l-affarijiet li għandek li jiswew il-flus, li minnhom tnaqqas il-valur tal-obbligazzjonijiet tiegħek, jiġifieri dak li int għandek u li qed jirrendilek.
L-assi jinkludu bħall-kontijiet kurrenti, ta’ tfaddil u tal-irtirar tiegħek — u oġġetti bħal karozzi, proprjetà u investimenti li inti tista’ tbigħ għall-flus kontanti. Dawn huma magħrufa bħala assi likwidi. Imbagħad hemm assi oħra li huma magħrufa bħala assi fissi – bħad-dar residenzjali u proprjetà oħra. Imbagħad hemm dak li huwa magħruf bħala assi intanġibbli – pereżempju l-avvjament (il-fama tan-negozju vvalutata fi flus) tan-negozju tiegħek.
L-obbligazzjonijiet jinkludu l-flus li għandek tagħti lil persuni jew entitajiet oħra. Dawn jinkludu dejn tal-kards ta’ kreditu, self personali, bħal dak tal-karozza tiegħek, u d-dejn fuq id-dar residenzjali tiegħek jew in-negozju kummerċjali.
Uża ĠEMMA – Il-kalkulatur tal-valur nett tiegħi biex issib il-valur nett tiegħek. Jekk dak in-numru huwa akbar minn żero, il-valur nett tiegħek huwa “pożittiv” u jfisser li inti għandek aktar milli għandek tagħti. Jekk ikun inqas minn żero, il-valur nett tiegħek huwa “negattiv” u jfisser li d-djun tiegħek jegħlbu l-assi tiegħek.
Il-valur nett ġeneralment jiżdied mal-età hekk kif in-nies jkabbru l-ġid tul ħajjithom. Persuni li jaqgħu fil-kategorija t’età ta’ bejn 23 sa 34 sena x’aktarx li jkunu daħlu f’self biex jixtru u jlestu d-dar futura tagħhom (in-nies f’Malta huma aktar probabbli li jkunu sidien ta’ darhom milli jikru, bis-sidien ta’ djarhom fl-2014 ikun fuq 76%) u x’aktarx ħadu d-deċiżjoni li jibnu familja. Dawk li jaqgħu fil-kategoriji bejn 35 sa 45 sena u bejn 45 sa 54 sena rispettivament x’aktarx li investew fit-trobbija tat-tfal tagħhom u fil-ħlas tad-dejn. Kif turi l-istatistika li ppubblika l-HBS fl-2008, huwa f’dan l-istadju, jiġifieri xħin jitħallas d-dejn u t-tfal ikollhom il-paga tagħhom dieħla, li familja jkollha l-opportunità li tibda takkumula l-ġid (minbarra d-dar residenzjali tagħhom).
Source: https://sorted.org.nz/must-reads
Mal-irtirar, id-dħul jonqos u waqt li x-xejriet tal-familji jinbidlu, il-kapaċità li tgħix kwalità ta’ ħajja simili għal dik li kont tgħix meta kont taħdem tonqos ukoll. Dan ta’ hawn fuq juri li, fi ħdan iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ persuna medja, hemm biss perjodu limitat ta’ 10 snin fejn, minbarra l-investiment fl-assi tad-dar, dik il-persuna jew familja tibda takkumula l-ġid fl-assi finanzjarji.
It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta l-ġid medju tal-familji Maltin fid-dar fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Dan huwa bbażat fuq studju mwettaq mill-Bank Ċentrali ta’ Malta (WP/04/2019).
Medja ta’ valur nett tad-djar -2019 |
Età | Euro |
Taħt 35 sena | 258,892 |
35-44 | 467,372 |
45-54 | 462,499 |
55-65 | 460,979 |
Aktar minn 65 | 349,627 |