Pass 1 – L-ewwel agħżel il-prodott jew is-servizz li inti interessat/a fih.
Pass 2 – Nixtieq nagħti titwila lejn depożiti b’terminu fiss. Ikklikkja fuq depożiti għal terminu fiss u l-iskrin li ġej jitla’.
Pass 3 – Ikklikkja fuq il-banek li tixtieq tqabbel. F’dan il-każ id-database tippermettilek tqabbel sa tliet banek. Ir-ritratt li ġej juri tnejn mit-tliet banek magħżula għat-tqabbil.
Pass 4 – Issa agħfas qabbel u t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kull wieħed mid-depożiti ta’ terminu fiss mit-tliet banek differenti magħżula jiġu ppreżentati.
Pass 5 – Tista’ tiskrollja ’l isfel u tqabbel affarijiet differenti. Pereżempju, ir-ritratt t’hawn taħt iqabbel ir-rati tal-imgħax tal-prodotti differenti magħżula għal depożitu b’ terminu fiss ta’ 5 snin.