Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti fir-rigward ta’:
- Importanza tal-ibbaġitjar.
- L-evitar tad-dejn.
- Iż-żieda fl-abbiltajiet tiegħek biex iżżid il-qligħ tiegħek.
- Kif tfittex impjieg.
- Kif iġġemma’.
- It-tiftix ta’ akkomodazzjoni għal ħajja indipendenti.
- Il-ksib tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE.
- L-użu ta’ Teknoloġija ta’ Assistenza.
- Benefiċċji soċjali li int intitolat għalihom.
- Benefiċċji oħra li int intitolat għalihom.
Biex tniżżel il-ktieb elettroniku bit-titlu “Kif tieħu ħsieb flusek jekk id-dħul tal-familja huwa baxx” jekk jogħġbok agħfas hawn.
ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni.
Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej bit-titlu: “Indipendenza finanzjarja għall-persuni b’diżabilità”, immirata li jiggwida lill-persuni b’diżabilità li jfittxu li jkunu indipendenti, fejn il-fehim u l-immaniġġjar tal-flus huma kompetenzi importanti li jippermettu lill-persuna b’diżabilità tilħaq dan l-għan.
Il-Planner ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi huwa għodda ta’ appoġġ użata ma’ dan il-manwal.
Il-Planner ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi
Segwi l-infiq tiegħek billi tuża Il-Planner ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi, għodda elettronika li hija faċilment aċċessibbli. Din l-għodda tippermettilek telenka l-ispejjeż tiegħek kontra d-dħul tiegħek biex tilħaq l-għanijiet finanzjarji tiegħek.
Biex tniżżel dan il-manwal, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
Nistednuk tniżżel u tixxerja dan il-ktieb elettroniku, il-planner u l-manwal.