COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 9

Tista’ tinnota li l-BOV flimkien mal-BIM niedew l-iskema ta’ għajnuna BOV-BIM COVID. L-għan ta’ din l-iskema huwa li tgħin lill-kumpaniji kbar u SMEs li qed iħabbtu wiċċhom ma’ taqlib bla preċedent minħabba l-COVID-19. L-iskema se tgħin lil min iħaddem biex jilħaq ir-rekwiżiti tal-kapital tax-xogħol, billi tgħinhom bl-ispejjeż li ġejjin: is-salarji tal-impjegati, inklużi l-pagamenti tas-sigurtà soċjali…