ĠEMMA FIL-ĦARĠA SAGĦTAR TA’ APRIL: NITGĦALLMU NGĦODDU L-FLUS

ĠEMMA għal darba oħra pparteċipat f’Sagħtar, fil-ħarġa t’April (https://saghtar.org.mt/edizzjonijiet-godda-tas-saghtar-2020-2021/) L-artiklu ta’ ĠEMMA kien immirat li juri lit-tfal żgħar kif jingħaddu l-flus. L-artiklu jintroduċi u jispjega l-muniti u l-karti tal-ewro użati u juri kif għandhom jingħaddu l-muniti, il-karti, u l-karti u l-muniti flimkien. Tista’ taqra l-artiklu mat-tfal tiegħek billi tikklikkja fuq l-istampa ta’ hawn taħt.

PASSI FAĊLI BIEX TIPPROTEĠI LILEK INNIFSEK KONTRA SCAMS U FRODI: NAGĦMLU AKTAR SIGUR IL-MAC TIEGĦEK

Segwejt Il-Kotba ż-Żgħar Suwed dwar l-Iscams u l-Frodi?  Tista’ tniżżilhom, bil-Malti jew bl-Ingliż, mil-link li ġej: https://gemma.gov.mt/ebooks/. Minnhom malajr tirrealizza li numru tajjeb ta’ scams u frodi li huma diskussi fihom huma riżultat tal-hacking tal-kompjuter, tat-tablet u tal-mowbajl tiegħek permezz tal-Internet.  Ladarba l-iscammer jikseb aċċess għat-tagħmir tiegħek jista’ prattikament jagħmel dak li jrid – iqalliblek ir-rekords…

BEN CAMILLE JISPJEGA L-IMPORTANZA TAL-IBBAĠITTJAR

Dan huwa t-tieni filmat li Ben Camille u ĠEMMA pproduċew flimkien.  Fih Ben Camille u Xtrina jiddiskutu l-esperjenzi tagħhom tal-ibbaġittjar, fosthom: meta Ben Camille u Xtrina rrikonoxxew l-importanza tal-ibbaġittjar; l-importanza tal-ibbaġittjar tal-ispejjeż tal-familji sabiex Ben u Xtrina jibqgħu fil-kontroll tal-affarijiet; għaliex Ben Camille u Xtrina ddeċidew li jżommu rendikont tal-ispejjeż tagħhom; għaliex Ben Camille u…

PASSI FAĊLI BIEX TIPPROTEĠI LILEK INNIFSEK KONTRA L-ISCAMS U L-FRODI: AGĦMEL IS-SISTEMA WINDOWS 10 AKTAR SIGURA

Ikklikkja fuq din il-link  biex tniżżel il-gwida biex tagħmel is-sistema Windows 10 aktar sigura. Barra minn hekk, segwejtha s-serje: Il-Kotba ż-Żgħar Suwed ta’ ĠEMMA dwar l-Iscams u l-Frodi? Minnhom malajr tirrealizza li numru tajjeb ta’ scams u frodi li huma diskussi fihom huma riżultat tal-hacking tal-kompjuter, tat-tablet u tal-mowbajl tiegħek permezz tal-Internet.  Ladarba l-iscammer jikseb aċċess…

IL-KALKULATUR TA’ ĠEMMA GĦALL-ĠBID MIT-TFADDIL TIEGĦI

Immaġina li rnexxielek iġġemma’ ammont sostanzjali biex tikkomplementa d-dħul tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali tiegħek. Kif biħsiebek tuża b’mod gradat mill-pensjonijiet tiegħek? Kemm se jservik dak li għandek miġmugħ? Dan il-kalkulatur jgħinek tippjana kif se tuża b’mod gradat it-tfaddil tiegħek. Il-kalkulatur tal-ġbid mit-tfaddil ta’ ĠEMMA huwa organizzat fi tliet taqsimiet. L-ewwel taqsima tistaqsik għall-informazzjoni ewlenija fir-rigward ta’…

GĦANDEK TIMMANIĠĠJA L-FLUS MAS-SIEĦEB/SIEĦBA TIEGĦEK B’MOD KONĠUNT JEW SEPARAT?

Ir-relazzjoni tiegħek saret waħda serja u ħadtu d-deċiżjoni li tgħixu flimkien? Ħsibtu kif se timmaniġġjaw fluskom u kif se taqsmu l-ispejjeż? Importanti li waħda mill-affarijiet li tiddiskuti qabel ma tibdew tgħixu flimkien hija l-immaniġġjar tal-flus. Jeħtieġ li tifhmu l-approċċ u l-attitudni ta’ xulxin lejn il-flus. Tistgħu tiddeċiedu li tgħaqqdu d-dħul kollu tiegħek u dak tas-sieħeb/sieħba…

IL-WEBINAR ORGANIZZAT MINN ĠEMMA FUQ L-ISCAMS U L-FRODI SAR FIL-25 TA’ MARZU 2021

It-tieni webinar organizzat din is-sena minn ĠEMMA ddiskuta s-sejbiet ta’ stħarriġ magħmul minn ĠEMMA aktar kmieni din is-sena. L-istħarriġ jista’ jitniżżel billi tikklikkja hawn. Bi pjaċir qegħdin nagħtukom aċċess għar-rekording tal-webinar fuq l-iscams u l-frodi. Il-membri tal-bord f’dan il-webinar kienu: David Galea: Perit Anzjani tas-Soluzzjonijiet – Dipartiment tas-Sigurtà tal-Informazzjoni u l-Governanza, MITA PS Joseph Louis…

IL-ĦAMES STĦARRIĠ TAL-FAMILJA TA’ ĠEMMA DWAR L-IMMANIĠĠJAR TAL-FLUS

Il-ħames stħarriġ tal-familja ta’ ĠEMMA dwar l-immaniġġjar tal-flus jista’ jitniżżel billi tikklikkja hawn.  Dawn li ġejjin huma wħud mis-sejbiet ewlenin: B’rispons ta’ 79% (preċedentement 84%), b’mod ġenerali l-pubbliku ġenerali jħoss li huwa fil-kontroll tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. 76% għandhom it-tendenza li jippjanaw in-nefqiet ta’ kull xahar billi jagħmlu l-baġits. In-numru ta’ individwi li għandhom fondi biex…

IT-3 KTIEB ISWED TA’ ĠEMMA FUQ L-ISCAMS U L-FRODI

ĠEMMA għal darb’oħra ngħaqdet mal-Fondazzjoni eSkills Malta biex tniedi t-tielet ktieb elettroniku tagħha fis-serje Il-Kotba ż-Żgħar Suwed dwar l-Iscams u l-Frodi.  Ikklikkja hawn  biex tniżżel dan il-ktieb Bħal fil-każ taż-żewġ verżjonijiet preċedenti, il-ktieb elettroniku jiddiskuti numru ta’ scams u frodi li għandek toqgħod attent għalihom u jispjega l-azzjonijiet li għandek tieħu biex tipproteġi lilek innifsek. …

IL-PARTEĊIPAZZJONI TA’ ĠEMMA FIL-ĠIMGĦA EWROPEA TAL-FLUS 2021

Litteriżmu Finanzjarju:  Esperjenza tul il-Ħajja It-Tlieta 23 ta’ Marzu 2021 Programm ta’ Taħriġ tal-Għalliema   Ikklikkja biex tara It-Tlieta 23 ta’ Marzu, ĠEMMA se tkun qed tipparteċipa flimkien mal-Fondazzjoni JAYE Malta fi Programm ta’ Taħriġ għall-Għalliema fuq il-litteriżmu finanzjarju dirett.  Is-sessjoni hija intitolata “Litteriżmu Finanzjarju: Esperjenza Tul il-Ħajja”.  Il-Programm huwa organizzat mill-Malta Bankers Association u…