Stqarrija għall-istampa

Fl-20 ta’ Mejju, it-tim ĠEMMA se jniedi l-ewwel parti tal-ktieb elettroniku fuq l-iscams u l-frodi bil-għan li jżid l-għarfien u l-kuxjenza tiegħek dwar l-iscams u l-frodi potenzjali. B’hekk inti tkun tista’ tieħu l-azzjoni meħtieġa biex ma tħallix lil min jiskemmjak bil-possibbiltà li ssofri telf finanzjarju. Dan Il-Ktieb iż-Żgħir l-Iswed hu miktub b’mod mexxej li jiffaċilita…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 23

L-imġiba tagħna, f’dak li jirrigwarda l-ippjanar tal-irtirar, hija kkundizzjonata minn dik li bl-Ingliż tissejjaħ: behavioural heuristics. F’termini sempliċi dan ifisser li d-deċiżjonijiet tagħna huma bbażati fuq regoli ġenerali li jissimplifikaw id-deċiżjonijiet minħabba kundizzjonijiet ta’ inċertezza. Fid-dinja ta’ qabel il-COVID-19, ir-regola ewlenija ġenerali li ħalliet impatt fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-irtirar kienet li l-irtirar baqagħlu…

Il-Ktieb iż-Żgħir l-Iswed ta’ ĠEMMA dwar l-Iscams u l-Frodi

Dan il-ktieb elettroniku huwa l-ewwel parti minn serje ta’ żewġ partijiet dwar l-iscams u l-frodi. L-idea ta’ dan il-ktieb nibtet meta rrealizzajna li l-għarfien u l-pariri dwar kif tipproteġi lilek innifsek kontra l-iscams u l-frodi huma frammentati. Aħna wkoll irrealizzajna li aħna stess konna qed noħolqu kontenut fuq l-iscams u l-frodi b’mod mhux strutturat. Aħna…

COVID-19 AND YOUR MONEY MANAGEMENT: POST 22

Il-flus tiegħek huma siguri fil-bank tiegħek matul il-kriżi tal-COVID-19? It-tim ĠEMMA jirrakkomanda li inti għandek tipprijoritizza l-infiq tiegħek matul il-perjodu tal-COVID-19, u b’hekk tonfoq biss għall-affarijiet essenzjali. Hemm ċans tajjeb li inti qed tnaqqas fuq ċerti spejjeż – pereżempju, suppost qed tiffranka fuq l-ispejjeż tal-fjuwil għax probabbilment qed issuq il-karozza tiegħek inqas f’dan il-mument. It-tim…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 21

Fl-aħħar ta’ April, il-Gvern ħabbar li s-suppliment tal-pagi se jiġi estiż għal Mejju u Ġunju 2020. Dawk li se japplikaw għas-suppliment tal-paga għall-COVID-19 f’Mejju se jitħallsu għal Mejju. Dawk in-negozji li diġà applikaw għas-suppliment tal-paga għall-COVID-19 f’Marzu u f’April m’għandhomx għalfejn japplikaw mill-ġdid. Huma se jkomplu jibbenefikaw mis-suppliment tal-paga għall-COVID-19 sa ma jingħata avviż ieħor.…

ĠEMMA – Għażla Miġbura ta’ Informazzjoni Finanzjarja

It-tim tagħna ĠEMMA pprova għal dawn l-aħħar tliet snin jaġġorna l-website tiegħu gemma.gov.mt bl-aħħar informazzjoni relatata ma’: l-immaniġġjar tal-flus fid-dar, l-ibbaġitjar permezz ta’ diversi kalkolaturi, l-iskemi tal-irtirar, ikel tajjeb għas-saħħa, kif ukoll tella’ Apps li jippermettu lil persuna tagħmel baġit skont l-istadju tal-ħajja li tkun fih, biex tagħti prijorità lil dak li hu bżonnjuż fuq…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 19

Niżżel il-manwal għall-Planner ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi. Ikklikkja hawn biex tniżżlu. Lezzjoni importanti li rridu nieħdu mill-kriżi tal-COVID-19 hija kemm hu importanti għalina li nagħmlu baġit. X’inhu baġit? Baġit huwa pjan bil-miktub li jgħinek tkun taf kemm għandek flus deħlin u juri fuq xiex għandek bżonn tonfoqhom. Dan jgħinek ukoll iżżomm kont ta’ dak li qed…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 18

Is-swieq finanzjarji dinjija tal-ishma waqgħu ħafna u għalhekk huwa naturali li qed tippanikja. Inti forsi qed taħseb biex tbiegħhom u toħroġ issa biex issalva xi ħaġa mill-investimenti tiegħek, jew inkella tħalli l-investimenti tiegħek jinġarru mill-effetti tal-COVID-19 bil-possibbiltà li titlef kollox. It-tim ĠEMMA jissuġġerixxi li inti ssegwi dawn iż-żewġ passi matul dan il-perjodu. Aħseb darbtejn qabel ma…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 17

Assistenza fil-ħlas tal-kirjiet Il-Gvern ħabbar li l-persuni affettwati b’mod negattiv mill-COVID-19 jistgħu jirċievu benefiċċji li jkopru sa 80% tal-kera. Il-persuni li huma eliġibbli għal dan il-benefiċċju huma: persuni li tilfu l-impjieg tagħhom u għalhekk mhumiex qed jirċievu l-ebda paga; persuni li huma temporanjament sospiżi fuq leave bla ħlas; persuni li jaħdmu għal rashom li d-dħul…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 16

Il-Gvern ħabbar li laħaq qbil mal-banek kummerċjali kollha biex jillimita r-rata tal-imgħax fuq self ta’ kapital operatorju għal 3.5%. Il-banek involuti huma l-Bank of Valletta, l-HSBC, l-APS Bank, il-MeDirect, il-BNF, il-Lombard Bank, l-Izola Bank u l-FCM Bank. Barra minn hekk, il-Gvern se jkopri l-ewwel 2.5% tar-rata tal-imgħax għall-ewwel 24 xahar – fil-fatt se jipprovdi sussidju…