COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 15

Ir-riċerka turi li l-karti tal-flus u l-muniti ma joħolqux riskju partikolari ta’ infezzjoni għall-pubbliku.  Il-probabbiltà tar-riskju li wieħed jiġi infettat mill-karti tal-flus u l-muniti hija iżgħar minn dik ta’ ħafna oġġetti oħra użati kuljum. Biex taqra aktar fuq hekk, ara dan l-artikolu: https://www.Bundesbank.de/EN/tasks/topics/Cash-poses-No-particular-risk-of-infection-for-Public-828762

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 13

Peress li qed nesperjenzaw il-COVID-19, hemm possibbiltà tajba li qed taħdem mid-dar, it-tfal tiegħek qed jitgħallmu mid-dar u b’mod ġenerali qed tqatta’ aktar ħin fid-dar. Kif dejjem enfasizzajna fil-posts tagħna, minħabba l-inċertezzi, huwa importanti ħafna li timmaniġġja l-ispejjeż tiegħek. L-immaniġġjar tal-ispejjeż jista’ jsir billi jitnaqqas dak li bl-Ingliż insejħulu revenue leakage  – jiġifieri  l-ispejjeż li wieħed…

TNEDIJA TA’ KALKULATUR ĠDID: IL-LATTE TRACKER

It-tim ĠEMMA bi pjaċir jinfurmak li nieda kalkulatur ġdid – Il-Latte Tracker. Il-fattur Latte kien imsawwar minn ċertu David Bach li ħareġ l-idea sempliċi li l-affarijiet trivjali li nonfqu fuq affarijiet ta’ kuljum jammontaw għal somma kbira matul il-perjodu ta’ sena. Il-fattur Latte huwa l-infiq bla ħsieb fuq l-affarijiet żgħar ta’ kuljum li ma jżidux…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 11

Il-COVID-19 jista’ jkun li ħoloq pressjonijiet ta’ flus fuqek u fuq il-familja tiegħek. Tnaqqis fis-salarju jew it-telf tiegħu se jikkawża dan. Jista’ jkun li kellek miġmugħ għal meta jinqala’ xi inkwiet u qed tipprova żżomm l-affarijiet normali billi tuża dan il-fond biex tagħmel dan. Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 issa ilha magħna għal kważi 6 ġimgħat. Inti lħaqt il-punt…

Kif toqgħod bogħod mill-periklu tal-iscams matul il-COVID-19

Dan l-artiklu ġie ppostjat minn Tom Harman fuq is-sit minn New Zealand bl-isem ta’ Sort-it. Dan qed jiġi ppreżentat fuq il-portal ĠEMMA. L-artiklu oriġinali jinsab f’din il-link: https://sorted.org.nz/must-reads/how-to-Stay-safe-from-scams-During-covid-19/ Jekk hemm xi ħaġa li fiha l-iscammers huma prevedibbli, hija li dawn se jipprovaw jieħdu vantaġġ ta’ nies kull xħin jistgħu. Huma jaraw dan bħala opportunità. Sfortunatament,…

Riżorsa ġdida: ĠEMMA – Il-kalkulatur tal-valur nett tiegħi

It-tim ta’ ĠEMMA applowdja kalkulatur ġdid: ĠEMMA – Il-kalkulatur tal-valur nett tiegħi. Il-valur nett huwa kalkolu relattivament ħafif u faċli biex tagħmel, u huwa mod siewi biex issegwi l-progress finanzjarju tiegħek u tara jekk intix verament miexi/ja ’l quddiem. Allura x’inhu l-valur nett u kif taħdem il-valur nett tiegħek? Il-valur nett huwa indikatur tal-qagħda finanzjarja…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 8

Niżżel il-ktieb ta’ gwida billi tikklikkja hawn. Aħna qed ngħixu fi żminijiet li jistgħu jagħmlu bidla kbira f’ħajjitna.  Xi wħud qed ikollhom iħabbtu wiċċhom mal-effetti tal-COVID-19 aktar minn oħrajn.  Madankollu lkoll kemm aħna se nkunu affettwati b’xi mod li jibqa’ mmarkat għall-bqija ta’ ħajjitna. Filwaqt li s-saħħa hija l-ewwel prijorità f’moħħna, it-tieni prijorità tagħna hija l-benesseri…

Moratorju fuq is-self u faċilitajiet oħra ta’ kreditu

Għandek tinnota li l-gvern ħareġ struzzjonijiet li s-self/kreditu (kapital) u l-imgħax pagabbli jiġu sospiżi għal sitt xhur. Dan il-moratorju, applikat fuq il-faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti minn istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu, se jsostni persuni li kienu materjalment effettwati mill-imxija tal-COVID-19. Il-moratorju japplika għal: korporazzjonijiet mhux finanzjarji intrapriżi mikro, żgħar u medji, u kbar persuni jaħdmu…

COVID-19 – Person with Disability Benefit

Eligibility criteria – Persons with disability **, employed in the private sector, full-time or part-time, who, as of 8th March 2020, due to the impact of COVID-19, cannot go to work on medical advice and are not able to work from home. Registered with Jobsplus as a person with disability ** ** You have a…

PERSUNI IMPJEGATI BI DĦUL BAXX

Is-sena l-oħra, ĠEMMA nediet kampanja ta’ edukazzjoni finanzjarja fit-tul – li se tagħlaq fit-tieni kwart tal-2021. Il-kampanja tal-kapaċità finanzjarja hi immirata lejn il-gruppi li ġejjin tal-popolazzjoni ta’ Malta: o Persuni fi impjieg bi dħul baxx; o Persuni qiegħda; o Membri tal-familja li jaħdmu f’negozji tal-familja iżda li ma jħallsux kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali; o Persuni b’diżabilità;…