TENDIJA MILL-GRUPP TAL-ISTRATEĠIJA TAL-PENSJONIJIET TAR-REVIŻJONI STRATEĠIKA TAL-2020 DWAR L-ADEGWITÀ, IS-SOSTENIBBILTÀ U S-SOLIDARJETÀ
Dan id-dokument ta’ Reviżjoni Strateġika, 2020, huwa t-tielet reviżjoni strateġika li għandha tiġi ppreżentata lill-Kamra tad-Deputati, wara l-inklużjoni tal-Artikolu 64B fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali li jistabbilixxi li l-“Ministru għandu f’intervalli li ma jaqbżux il-perjodu ta’ ħames snin jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li jirrevedi l-ħidma tat-Taqsima V ta’ dan l-Att”. Iż-żewġ reviżjonijiet strateġiċi l-oħra tressqu…