Wasal il-Ħin li Tmur Toqgħod għal Rasek – It-Tieni Parti

Fl-ewwel parti ta’ dan il-post ddiskutejna l-importanza li jiġi ddeterminat jekk intix se tkun tista’ taffordja li tmur toqgħod għal rasek u għandekx biżżejjed flus biex ikollok ħajja soċjali tajba. ĠEMMA ddiskutiet ukoll il-kwistjoni tal-kera u l-kuntratt tal-kiri li għandu jsir ma’ sid il-propjetà. Minbarra l-kera se jkollok tħallas l-elettriku, l-internet, l-ilma, eċċ. Jista’ jkun…

IL-BĊM JIKKOOPERA MA’ ĠEMMA BIEX JIPPROMWOVU L-LITTERIŻMU FINANZJARJU

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jikkoopera ma’ ĠEMMA biex jipproduċu sett ieħor ta’ vidjows immirati lejn il-promozzjoni tal-kapaċità finanzjarja. Il-Bank jipprovdi assistenza prattika u kontinwa lill-aġenzija u se jgħin ukoll fit-tixrid tal-vidjows permezz tal-preżenza tiegħu fil-midja soċjali. “Għalkemm il-litteriżmu finanzjarju mhuwiex direttament wieħed mill-funzjonijiet ewlenin tagħna, aħna nemmnu li għandna nagħmlu dak kollu…

IL-MINIMU TAL-KONTRIBUZZJONIJIET LI GĦANDHOM JITĦALLSU BIEX TIKKWALIFIKAW GĦALL-PENSJONI KONTRIBUTORJA TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

Huwa importanti li tinnota li trid tkun ħallast limitu minimu ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għalik biex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali. L-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li trid tħallas jiddependi mid-data tat-twelid tiegħek. Dawn huma ppreżentati fit-tabella t’hawn taħt. Id-data tat-twelidBiex tikkwalifika għal Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali1952 – 1961Trid tħallas 10 snin sħaħ ta’ kontribuzzjonijiet…

ĠEMMA U L-GWU

ĠEMMA bi pjaċir tħabbar li l-GWU bħala parti mill-implimentazzjoni tas-sħubija strateġika tagħha magħna inkludiet taqsima dwar ĠEMMA fil-portal il-ġdid tagħha gwu.org.mt. Is-sezzjoni dwar ĠEMMA tista’ tiġi aċċessata billi tikklikkja fuq l-ikona ĠEMMA – kif muri hawn taħt: Fis-sezzjoni ĠEMMA għandek issib kotba elettroniċi bil-Malti maħruġin minn ĠEMMA – kif muri hawn taħt:

RIŻORSA ĠDIDA: KALKULATUR TAL-KAPAĊITÀ TAL-AKKWIST BL-INFLAZZJONI

It-tim ĠEMMA tella’ kalkulatur ġdid –  “Il-Kalkulatur tal-Kapaċità tal-Akkwist bl-Inflazzjoni”. Il-prezzijiet għandhom mod kif jiżdiedu minn sena għal sena, għalhekk ħafna mill-prodotti u s-servizzi li nixtru għandhom it-tendenza li jiswew aktar is-sena d-dieħla milli jagħmlu issa. Din tissejjaħ inflazzjoni.  Wara ċerti snin, anke żidiet żgħar fil-prezzijiet annwali jżidu biex ħafna prodotti u servizzi jsiru aktar…

IFHEM U UŻA TAJJEB L-OVERDRAFT

L-overdraft hija mod kif tissellef flus mill-bank tiegħek, marbuta mal-kont kurrenti tiegħek – bażikament sabiex tista’ kultant tonfoq aktar milli għandek. Overdraft bankarju jista’ jiġi awtorizzat jew mhux awtorizzat: Overdrafts awtorizzati huma rranġati minn qabel.  Inti taqbel ma’ limitu ta’ self mal-bank tiegħek, u tista’ tonfoq flus sa dak il-limitu permezz tal-metodi normali kollha ta’…

XI INIZJATTIVI IMPORTANTI RELATATI MAL-BENEFIĊĊJI KONTRIBUTORJI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI TAL-ANZJANI – 2021

Allowance għall-għoli tal-ħajja – Żieda ġenerali fid-dħul ta’ €1.75 fil-ġimgħa li hija estiża wkoll għall-pensjonanti kollha, flimkien ma’ €3.25 oħra fil-ġimgħa li għandhom jeħduhom il-pensjonanti kollha flimkien maż-żieda tal-COLA, u b’hekk iż-żieda titla’ għal €5.00. L-anzjani, ta’ 62 sena jew aktar, li kienu laħqu l-età tal-pensjoni tal-istat tagħhom iżda li ma kinux jikkwalifikaw għall-pensjoni minima…

INTI KONXJU TAL-PERSONALITÀ TAL-FLUS TIEGĦEK?

Meta niġu għall-flus – taf x’inhi l-personalità tiegħek? Tonfoq mingħajr ma tħabbel rasek fuq għada? Tinkwieta tant li ġġemma’ kull ċenteżmu li tista’ sabiex tkun ippreparat għal kwalunkwe eventwalità futura – waqt li titlef mill-preżent? ĠEMMA bi pjaċir tagħmel disponibbli l-Kwiżż ĠEMMA tal-Personalità tal-Flus Tiegħi. Tista’ tniżżel dan billi tikklikkja hawn. Ipprova l-kwiżż u ara…

SE TAGĦMEL PJAN TA’ PENSJONI PERSONALI: X’GĦANDEK TFITTEX FI PJAN TAL-PENSJONI PERSONALI

Wara li ħsibt sew iddeċidejt li tinvesti fi pjan ta’ pensjoni personali. Għadd ta’ fornituri ta’ servizzi finanzjarji joffru pjanijiet ta’ pensjoni personali. Aħna, it-tim ĠEMMA nissuġġerixxu bil-qawwa li ddur u tara x’hawn fis-suq qabel ma tieħu deċiżjoni. Aħna nitolbuk li, bħala minimu, għandek tqis il-fatturi li ġejjin: Staqsi għad-dokument tal-fatti ewlenin għal kull pjan…