Iddetermina meta Għandek Tippjana għall-Irtirar

Aspett importanti li għandek bżonn tqis meta tkun qed tippjana għall-irtirar hu li tiddetermina meta fil-fatt se tirtira. Tixtieq tirtira fid-data statutorja tal-irtirar tiegħek? Tafha d-data statutorja tal-irtirar tiegħek? Jekk ma tafhiex, dawn huma ppreżentati f’ Tabella I hawn taħt. Tabella I – Nifhmu d-Data Statutorja tal-Irtirar EtàEtà Statutorja tal-IrtirarImwieled/a bejn l-1956 u l-195863 senaImwieled/a…

Kampanja ta’ Għarfien dwar il-Kapaċità Finanzjarja għal Persuni Qiegħda

ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Sibt ruħek bla xogħol u għandek loan?”, dirett lejn persuni qiegħda. Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti…

Lura l-Iskola

Li tmur lura l-Iskola huwa eżerċizzju mimli ppjanar u preparazzjoni li jgħin biex titnaqqas kwalunkwe ansjetà li tista’ tiġi kkawżata. B’mod speċjali fi żminijiet inċerti bħal dawn, l-ippjanar xieraq jgħin biex jipprijoritizza u jevita kwalunkwe sorpriża. Fil-25 ta’ Awwissu, 6 membri f’panel iddiskutew l-opinjonijiet, taw pariri utli u qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar kif jimmaniġġjaw dan…

L-Immaniġġjar tal-Flus u Self lill-Istudenti ma’ ĠEMMA u BOV

L-istudenti li beħsiebhom jkomplu l-edukazzjoni tagħhom lokalment jew internazzjonalment jistgħu jġarrbu spiża kbira meta jiddeċiedu liema għażliet għandhom jikkunsidraw. L-immaniġġar tal-flus kien is-suġġett tad-diskussjoni fl-aħħar webinar immexxi minn ĠEMMA. Fi sħubija mal-Bank of Valletta, il-webinar iffoka fuq l-immaniġġar tal-flus u d-diversi għodod u prodotti disponibbli għall-istudenti. Is-Sur David Spiteri Gingell, il-mexxej tat-Tim ĠEMMA  tkellem dwar…

Għaliex huwa importanti li tippjana għall-irtirar tiegħek? – It-tielet Parti

Is-sistema tal-pensjonijiet tal-Gvern ġiet introdotta fl-1979. Din tfasslet b’mod li d-dħul mill-pensjoni li persuna tirċievi maż-żmien tkun ta’ żewġ terzi tal-paga grossa tal-ogħla salarju tas-servizz pubbliku li fl-1979 kien ekwivalenti  għal €13,980. L-għan kien li r-relazzjoni taż-żewġ terzi bejn id-dħul tal-pensjoni u l-ogħla salarju tas-servizz pubbliku dejjem tinżamm. Dan ma seħħx. Fil-fatt, bejn l-1979 u…

Kampanja ta’ Għarfien minn ĠEMMA dwar il-Kapaċità Finanzjarja għall-Persuni Qiegħda

ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Il-kampanja timmira li teduka lill-persuni, fi gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, dwar il-ħiliet u l-għarfien tal-kapaċità finanzjarja li huma l-aktar adattati għalihom. Dan jirriżulta li gruppi simili jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jieħdu…

SKEMA TA’ RIFUŻJONI TAL-KERA U L-ELETTRIKU

Fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-Gvern Malti ħabbar pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika bil-għan li jerġa’ jqajjem l-ekonomija ta’ Malta wara t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Wara t-tħabbir ta’ dan il-pjan, il-Gvern Malti reċentement nieda dettalji dwar l-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kera u l-Elettriku. Aktar minn 20,000 intrapriża li ngħataw is-Suppliment tal-Pagi minħabba l-COVID se jkunu jistgħu…

SUPPLIMENT TAL-PAGI U ESTENSJONI TAL-VALIDITÀ TAL-VAWĊERS TAL-GVERN

Waqt laqgħa mal-membri tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li kemm is-suppliment tal-pagi, kif ukoll il-vawċers tal-Gvern, se jkomplu sal-aħħar ta’ Ottubru. Inizjalment dawn kienu validi sal-aħħar ta’ Settembru. Is-suppliment tal-pagi li daħal fis-seħħ f’Marzu li għadda, ta’ €800 jew inqas skont l-eliġibilità, huwa l-kontribuzzjoni tal-Gvern lil min iħaddem biex jgħinu fil-pagi tal-impjegati. Din…

Għaliex huwa importanti li tippjana għall-irtirar tiegħek?

Huwa kruċjali li wieħed jifhem kif taħdem il-kontribuzzjoni ta’ 10% tas-sigurtà soċjali li tħallas kull xahar bħala impjegat. Fehim ħażin ta’ kif jaħdem dan jista’ jaffettwa t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħek għall-irtirar b’mod negattiv. Il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ 10% titħallas fuq il-paga grossa medja biss. Dan ifisser li ma tħallas l-ebda kontribuzzjoni fuq xi fringe benefits jew…

Il-Manwal ta’ ĠEMMA għal Persuni bi Dħul Baxx

ĠEMMA qed tmexxi kampanja edukattiva dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti minn din il-kampanja ĠEMMA nediet manwal intitolat “Kif tieħu ħsieb flusek jekk id-dħul tal-familja huwa baxx” li huwa dirett lejn persuni fi impjieg bi dħul baxx. Il-manwal huwa miktub…