TWELIDT FL-1962 JEW WARA? TAF VERAMENT KIF TAĦDEM IS-SISTEMA TAL-PENSJONIJIET FIR-RIGWARD TIEGĦEK?
Fit-18 ta’ Ġunju, ĠEMMA għamlet post bir-riżultati ta’ stħarriġ li wettqet dwar l-għarfien fost il-persuni li twieldu fl-1962 jew wara dwar kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet fir-rigward tagħhom. L-istampa ġenerali hija inkwetanti. Il-biċċa l-kbira tan-nies għandhom idea estremament vaga ta’ kif taħdem is-sistema tal-pensjonijiet tal-istat u kif taffettwahom direttament. Dan ifisser li hemm numru kbir ta’…