MHUX JIRNEXXIELEK IĠĠEMMA’? QATT WAQAFT TISTAQSI GĦALIEX?

Mhux qed jirnexxielek iġemma’? Qatt tistaqsi għaliex? Aħna se nagħtuk  5 raġunijiet  għaliex m’intix qed jirnexxielek iġġemma’. M’għandekx baġit Li jkollok baġit għal kull xahar iħallik tara eżattament fejn sejrin flusek u meta ma jkollokx wieħed iqiegħdek fi żvantaġġ kbir meta tkun qed tipprova ġġemma’ l-flus. Tista’ tippjana li twarrab xi ħaġa imma dak li…

ĠEMMA WEBINAR DWAR L-ADEGWATEZZA, IS-SOSTENIBBILTÀ U S-SOLIDARJETÀ FUTURI TAS-SISTEMA TAL-PENSJONIJIET TA’ MALTA

L-ewwel webinar ta’ ĠEMMA għall-2021 kien dwar is-suġġett tal-adegwatezza, is-sostenibbiltà u s-solidarjetà futuri tas-sistema tal-pensjonijiet ta’ Malta wara l-pubblikazzjoni tar-reviżjoni strateġika li għandha l-mandat bil-liġi kull ħames snin u li warajha hemm konsultazzjoni pubblika sal-31 ta’ Marzu 2021. Id-diskussjoni messet ma’ ħafna aspetti ta’ dan is-suġġett, li ppreżentat perspettivi differenti tal-panel, li dan kien magħmul…

L-ADOLEXXENTI U L-IMMANIĠĠJAR TAL-FLUS

Ir-riċerka barra minn pajjiżna hija ċara: l-immaniġġjar tal-flus hu wieħed mill-fatturi ewlenin li ż-żgħażagħ jitqabdu magħhom.  Fost l-adolexxenti, l-ibbaġitjar kien ta’ tħassib, u t-tagħlim dwar kif wieħed jista’ jġemma’ u kif jibbaġittja kienu fost l-akbar prijoritajiet tagħhom. Għaliex dan huwa hekk?  Parzjalment minħabba li l-edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja ma tiġix mgħallma fl-iskejjel.  U, parzjalment dan…

Dikjarazzjoni għall-Istampa

ĠEMMA fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u Ġustizzja Soċjali, il-Familja, u d-Drittijiet tat-Tfal jingħaqad mal-Kamra tal-SMEs għall-għoti ta’ taħriġ fil-kapaċità finanzjarja lil persuni li jaħdmu għal rashom u lil sidien ta’ negozji żgħar Li tkun taħdem għal rasek definittivament fih il-vantaġġi tiegħu – tal-inqas, inti l-imgħallem tiegħek innifsek. Madankollu x’aktarx li se tiffaċċja wkoll sfidi fl-immaniġġjar…

ĠEMMA TINSAB FUQ SAGĦTAR

Għandna pjaċir inħabbru li ĠEMMA minn dan ix-xahar tifforma parti mir-rivista elettronika  Sagħtar.  ĠEMMA żgur li se tkun preżenti fuq Sagħtar sal-aħħar tas-sena.  Fis-slot tagħha ta’ kull xahar, ĠEMMA se tintroduċi kunċetti ta’ immaniġġjar ta’ flus lit-tfal.  ĠEMMA se tagħmel dan billi tiddiskuti kunċett partikolari u mbagħad tagħti eżerċizzju għall-applikazzjoni ta’ dan il-kunċett. Fil-ħarġa ta’…

Analiżi tar-Riċerka dwar il-Kampanja kofinanzjata mill-FSE dwar il-Kapaċità Finanzjarja u l-Istudenti tal-Edukazzjoni Terzjarja

ĠEMMA tippubblika l-Analiżi tar-Riċerka dwar il-Kampanja kofinanzjata mill-FSE dwar il-Kapaċità Finanzjarja u l-Istudenti tal-Edukazzjoni Terzjarja. Ir-rapport tal-Analiżi tar-Riċerka jidentifika l-punti ewlenin li ġejjin: Hemm kunsens ġenerali li l-għanijiet tal-ħajja u l-istil ta’ ħajja kellhom rwol importanti fid-definizzjoni tal-kapaċità finanzjarja. Hemm kunsens unanimu li dħul ta’ kull xahar huwa ta’ vantaġġ għall-kapaċità finanzjarja; li sal-punt tiegħu…

Għaliex huwa importanti li jkollok fond ta’ flus għal dak li jista’ jinqala’?

Jekk segwejt il-posts ta’ ĠEMMA, kif ukoll webinars fuq l-istħarriġ tal-polz fuq l-immaniġġjar tal-flus, issib li nitkellmu dwar fond finanzjarju għal dak li jista’ jinqala’. Qabel ma nidħlu aktar fid-dettall, hemm xi wħud li jiddistingwu bejn fond ta’ “emerġenza” u “fond għal li jista’ jinqala’”. Id-differenza bejn it-tnejn hija li fond ta’ emerġenza jipprovdi xibka…

Persuna taħdem għal rasek? Kif timmaniġġja l-isfidi tal-Immaniġġjar tal-Flus tiegħek?

Li taħdem għal rasek definittivament għandha l-vantaġġi tagħha – l-ewwel nett, int imgħallem tiegħek stess. Iva int ukoll jista’ jkollok tiffaċċja sfidi ta’ immaniġġjar tal-flus. Hawn huma xi suġġerimenti prattiċi li tista’ tkun tixtieq tikkunsidra: Ibda ġemma’ kmieni u tidħol fid-drawwa li tiffranka b’mod konsistenti maż-żmien. Bħala persuna li taħdem għal rasha se jkun hemm…