IL-PARTEĊIPAZZJONI TA’ ĠEMMA FIL-ĠIMGĦA EWROPEA TAL-FLUS 2021

Litteriżmu Finanzjarju:  Esperjenza tul il-Ħajja It-Tlieta 23 ta’ Marzu 2021 Programm ta’ Taħriġ tal-Għalliema   Ikklikkja biex tara It-Tlieta 23 ta’ Marzu, ĠEMMA se tkun qed tipparteċipa flimkien mal-Fondazzjoni JAYE Malta fi Programm ta’ Taħriġ għall-Għalliema fuq il-litteriżmu finanzjarju dirett.  Is-sessjoni hija intitolata “Litteriżmu Finanzjarju: Esperjenza Tul il-Ħajja”.  Il-Programm huwa organizzat mill-Malta Bankers Association u…

ĠEMMA WEBINAR DWAR L-ADEGWATEZZA, IS-SOSTENIBBILTÀ U S-SOLIDARJETÀ FUTURI TAS-SISTEMA TAL-PENSJONIJIET TA’ MALTA

L-ewwel webinar ta’ ĠEMMA għall-2021 kien dwar is-suġġett tal-adegwatezza, is-sostenibbiltà u s-solidarjetà futuri tas-sistema tal-pensjonijiet ta’ Malta wara l-pubblikazzjoni tar-reviżjoni strateġika li għandha l-mandat bil-liġi kull ħames snin u li warajha hemm konsultazzjoni pubblika sal-31 ta’ Marzu 2021. Id-diskussjoni messet ma’ ħafna aspetti ta’ dan is-suġġett, li ppreżentat perspettivi differenti tal-panel, li dan kien magħmul…

Dikjarazzjoni għall-Istampa

ĠEMMA fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u Ġustizzja Soċjali, il-Familja, u d-Drittijiet tat-Tfal jingħaqad mal-Kamra tal-SMEs għall-għoti ta’ taħriġ fil-kapaċità finanzjarja lil persuni li jaħdmu għal rashom u lil sidien ta’ negozji żgħar Li tkun taħdem għal rasek definittivament fih il-vantaġġi tiegħu – tal-inqas, inti l-imgħallem tiegħek innifsek. Madankollu x’aktarx li se tiffaċċja wkoll sfidi fl-immaniġġjar…

ĠEMMA TINSAB FUQ SAGĦTAR

Għandna pjaċir inħabbru li ĠEMMA minn dan ix-xahar tifforma parti mir-rivista elettronika  Sagħtar.  ĠEMMA żgur li se tkun preżenti fuq Sagħtar sal-aħħar tas-sena.  Fis-slot tagħha ta’ kull xahar, ĠEMMA se tintroduċi kunċetti ta’ immaniġġjar ta’ flus lit-tfal.  ĠEMMA se tagħmel dan billi tiddiskuti kunċett partikolari u mbagħad tagħti eżerċizzju għall-applikazzjoni ta’ dan il-kunċett. Fil-ħarġa ta’…

ONFOQ BIL-GĦAQAL 2020 – 5 RIĊETTI GĦALIK

Għar-raba’ sena konsekuttiva ĠEMMA bħala parti mill-kampanja tagħha Onfoq bil-Għaqal qed tniedi 5 vidjows ġodda ta’ riċetta li huma sempliċi biex isiru u b’baġit baxx. Oqgħod attent/a għalihom hekk kif qed jittellgħu gradwalment fuq dan il-post, iżda jistgħu jidhru wkoll fit-tab tal-Vidjows tagħna, u fuq il-paġna ta’ Facebook. It-tim ta’ ĠEMMA jixtieqek staġun tal-vaganzi mimli…

IL-BĊM JIKKOOPERA MA’ ĠEMMA BIEX JIPPROMWOVU L-LITTERIŻMU FINANZJARJU

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed jikkoopera ma’ ĠEMMA biex jipproduċu sett ieħor ta’ vidjows immirati lejn il-promozzjoni tal-kapaċità finanzjarja. Il-Bank jipprovdi assistenza prattika u kontinwa lill-aġenzija u se jgħin ukoll fit-tixrid tal-vidjows permezz tal-preżenza tiegħu fil-midja soċjali. “Għalkemm il-litteriżmu finanzjarju mhuwiex direttament wieħed mill-funzjonijiet ewlenin tagħna, aħna nemmnu li għandna nagħmlu dak kollu…

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA – STĦARRIĠ TAL-POLZ TA’ AWWISSU

Hemm sejbiet interessanti fit-tielet stħarriġ ikkummissjonat minn ĠEMMA, fi ħdan il-Ministeru tal-Familja, Dritt tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u mwettaq mill-EMCS għax-xahar ta’ Awwissu 2020. Is-suġġett kopra l-immaniġġjar tal-flus fid-djar matul il-pandemija tal-COVID-19. Jidher li żewġ terzi tal-popolazzjoni (63%)  ma kellhom l-ebda tibdil fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom għal dawn l-aħħar tliet xhur. Dan huwa pjuttost inkoraġġanti meta…

L-ONOREVOLI MICHAEL FALZON JINAWGURA WIRJA BIX-XOGĦOL TAL-ISTUDENTI FROTT TAL-INIZJATTIVA TA’ ĠEMMA

Iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni għall-Kompetizzjoni tal-Posters saret fit-22 ta’ Settembru fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, fil-Kalkara. Il-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon faħħar din l-inizjattiva u l-kollaborazzjoni bejn ĠEMMA, il-Fondazzjoni HSBC Malta u d-Direttorat għall-Programmi tat-Tagħlim u l-Assessjar.  Huwa enfasizza wkoll l-importanza li t-tfal jiġu edukati dwar kif iġemmgħu kif ukoll li għandna ninkoraġġixxu l-promozzjoni…

Ftehim mal-Bank of Valletta u MAPFRE MSV Life fuq l-Edukazzjoni dwar il-Kapaċità Finanzjarja

Stqarrija għall-Istampa Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali bi pjaċir iħabbar li ffirma Memorandum ta’ Ftehim mal-Bank of Valletta u MAPFRE MSV Life fuq l-edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja. Matul it-terminu ta’ dan il-Ftehim, li huwa ta’ ħames snin, il-Bank of Valletta u MAPFRE Life se jaħdmu ma’ ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, li hija…