IL-MINIMU TAL-KONTRIBUZZJONIJIET LI GĦANDHOM JITĦALLSU BIEX TIKKWALIFIKAW GĦALL-PENSJONI KONTRIBUTORJA TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

Huwa importanti li tinnota li trid tkun ħallast limitu minimu ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għalik biex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali. L-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li trid tħallas jiddependi mid-data tat-twelid tiegħek. Dawn huma ppreżentati fit-tabella t’hawn taħt. Id-data tat-twelidBiex tikkwalifika għal Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali1952 – 1961Trid tħallas 10 snin sħaħ ta’ kontribuzzjonijiet…

ĦALLAS ID-DEJN TIEGĦEK

L-ewwel pass huwa li tiċċekkja kemm għandek dejn, u x’tip huwa. Id-dejn b’imgħax għoli li jiswiek l-aktar huwa l-prijorità, mhux id-dejn ta’ bla interess jew b’imgħax baxx. Self li ma jkollux imgħax għoli jew tariffi għoljin huwa passabbli; għalissa m’għandekx tikkunsidrah bħala prijorità. Huwa d-dejn b’imgħax għoli li jaffettwak l-aktar: karti ta’ kreditu u self…

ĠEMMA U L-GWU

ĠEMMA bi pjaċir tħabbar li l-GWU bħala parti mill-implimentazzjoni tas-sħubija strateġika tagħha magħna inkludiet taqsima dwar ĠEMMA fil-portal il-ġdid tagħha gwu.org.mt. Is-sezzjoni dwar ĠEMMA tista’ tiġi aċċessata billi tikklikkja fuq l-ikona ĠEMMA – kif muri hawn taħt: Fis-sezzjoni ĠEMMA għandek issib kotba elettroniċi bil-Malti maħruġin minn ĠEMMA – kif muri hawn taħt:

KIF TIKKONTROLLA D-DEJN TIEGĦEK

Dawn li ġejjin huma suġġerimenti ta’ ĠEMMA immirati biex jgħinuk tikkontrolla d-dejn tiegħek. 01. Ifhem b’mod ċar il-flejjes li għandek tagħti. Dan huwa l-ewwel pass – li tagħmel kont ta’ dak li għandek tagħti.  Ara sew xi djun għandek kif ukoll (a) l-obbligi minimi ta’ ħlas lura ta’ kull xahar.  Inkludi karti ta’ kreditu, ħlasijiet…

RIŻORSA ĠDIDA: KALKULATUR TAL-KAPAĊITÀ TAL-AKKWIST BL-INFLAZZJONI

It-tim ĠEMMA tella’ kalkulatur ġdid –  “Il-Kalkulatur tal-Kapaċità tal-Akkwist bl-Inflazzjoni”. Il-prezzijiet għandhom mod kif jiżdiedu minn sena għal sena, għalhekk ħafna mill-prodotti u s-servizzi li nixtru għandhom it-tendenza li jiswew aktar is-sena d-dieħla milli jagħmlu issa. Din tissejjaħ inflazzjoni.  Wara ċerti snin, anke żidiet żgħar fil-prezzijiet annwali jżidu biex ħafna prodotti u servizzi jsiru aktar…

IFHEM U UŻA TAJJEB L-OVERDRAFT

L-overdraft hija mod kif tissellef flus mill-bank tiegħek, marbuta mal-kont kurrenti tiegħek – bażikament sabiex tista’ kultant tonfoq aktar milli għandek. Overdraft bankarju jista’ jiġi awtorizzat jew mhux awtorizzat: Overdrafts awtorizzati huma rranġati minn qabel.  Inti taqbel ma’ limitu ta’ self mal-bank tiegħek, u tista’ tonfoq flus sa dak il-limitu permezz tal-metodi normali kollha ta’…

TNAQQIS TAL-ISPIŻA TAD-DEJN TAL-KARTI TA’ KREDITU TIEGĦEK: IL-PARIRI TA’ ĠEMMA

Sakemm ma timmaniġġjax id-dejn tal-karti ta’ kreditu tiegħek sew x’aktarx tħallas ħafna aktar milli suppost fuq id-dejn li tkun għamilt permezz tal-użu tal-karta ta’ kreditu. Hawn għandek xi suġġerimenti minn ĠEMMA li nissuġġerixxu li ssegwi. Ħafna drabi n-nies ikollhom id-dejn fuq diversi karti ta’ kreditu. Jekk dan huwa l-każ tiegħek, l-ewwel ħallas l-aktar karta għolja.…

XI INIZJATTIVI IMPORTANTI RELATATI MAL-BENEFIĊĊJI KONTRIBUTORJI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI TAL-ANZJANI – 2021

Allowance għall-għoli tal-ħajja – Żieda ġenerali fid-dħul ta’ €1.75 fil-ġimgħa li hija estiża wkoll għall-pensjonanti kollha, flimkien ma’ €3.25 oħra fil-ġimgħa li għandhom jeħduhom il-pensjonanti kollha flimkien maż-żieda tal-COLA, u b’hekk iż-żieda titla’ għal €5.00. L-anzjani, ta’ 62 sena jew aktar, li kienu laħqu l-età tal-pensjoni tal-istat tagħhom iżda li ma kinux jikkwalifikaw għall-pensjoni minima…

INTI KONXJU TAL-PERSONALITÀ TAL-FLUS TIEGĦEK?

Meta niġu għall-flus – taf x’inhi l-personalità tiegħek? Tonfoq mingħajr ma tħabbel rasek fuq għada? Tinkwieta tant li ġġemma’ kull ċenteżmu li tista’ sabiex tkun ippreparat għal kwalunkwe eventwalità futura – waqt li titlef mill-preżent? ĠEMMA bi pjaċir tagħmel disponibbli l-Kwiżż ĠEMMA tal-Personalità tal-Flus Tiegħi. Tista’ tniżżel dan billi tikklikkja hawn. Ipprova l-kwiżż u ara…

SE TAGĦMEL PJAN TA’ PENSJONI PERSONALI: X’GĦANDEK TFITTEX FI PJAN TAL-PENSJONI PERSONALI

Wara li ħsibt sew iddeċidejt li tinvesti fi pjan ta’ pensjoni personali. Għadd ta’ fornituri ta’ servizzi finanzjarji joffru pjanijiet ta’ pensjoni personali. Aħna, it-tim ĠEMMA nissuġġerixxu bil-qawwa li ddur u tara x’hawn fis-suq qabel ma tieħu deċiżjoni. Aħna nitolbuk li, bħala minimu, għandek tqis il-fatturi li ġejjin: Staqsi għad-dokument tal-fatti ewlenin għal kull pjan…