L-Iben jew il-Bint Adolexxenti Tiegħek

Minbarra l-fatt li t-tfal jikbru b’pass mgħaġġel, it-tfal qed jimmaturaw aktar malajr minn qatt qabel. Bħala ġenitur tista’ tħossok xi ftit mitluf dwar kif ser tfiehem lil ibnek jew bintek biex jibżgħu għall-flus u biex iqisu l-infiq ta’ flus li tagħtihom int jew li jingħataw bħala rigali, eċċ. Hemm numru ta’ azzjonijiet li tista’ tikkunsidra…

Tipprepara għat-Tieġ Tiegħek

Iż-żwieġ huwa wieħed mill-isbaħ jiem ta’ ħajtek. Barra minn hekk, iż-żwiġijiet f’Malta huma avvenimenti soċjali importanti. Tradizzjonalment missier l-għarusa jkun dak li jħallas għat-tieġ tat-tifla. Iżda kemm jekk ser tkun int jew il-partner, missierek, jew jekk qed tikkontribwixxu flimkien għat-tieġ, kun ċert li tonfoq skont dak li tista’ taffordja verament. Iddiskuti mal-partner tiegħek, u mal-familja…

Meta tkun f’Relazzjoni

Li tidħol għal relazzjoni, jew tkun f’relazzjoni, iġġib magħha opportunitajiet ġodda biex tibni l-ġid li ma tkunx tista’ tkattru waħdek.a Meta tgħix flimkien mal-partner tiegħek taħt saqaf wieħed, jew tiżżewweġ, ifisser li intom tistgħu taqsmu l-qligħ, l-ispejjeż u l-pjanijiet finanzjarji tagħkom. Huwa importanti li tagħmlu l-pjanijiet finanzjarji tagħkom bħala koppja u tiżguraw li tissodisfaw il-ħtiġijiet…

Tixtri Karozza

Ix-xiri ta’ karozza huwa xi ħaġa eċitanti, iżda jinvolvi obbligazzjonijiet finanzjarji. Jekk qed taħseb li tibda ssuq, huwa l-waqt tagħti ħarsa lejn l-ispejjeż assoċjati ma’ dan. L-għażla tal-karozza xierqa Ixtri karozza li tgħodd għall-baġit tiegħek u l-attitudnijiet tas-sewqan tiegħek. Jista’ jkun li ssib karozza tajba b’inqas flus jekk tixtri waħda użata diġà.  L-aġenti ħafna drabi…

Taħdem għal rasek

L-ewwel u qabel kollox, biex tkun taf aktar dwar id-differenza bejn dawk li huma self-employed jew  self-occupied, jekk jogħġbok ikklikkja hawn. Bħala persuna li taħdem għal rasek jista’ jkollok sodisfazzjonijiet finanzjarji u ta’ stil ta’ ħajja (flimkien ma’ dik personali). Ladarba, meta tkun qed tmexxi n-negozju tiegħek stess, ma għandekx paga jew salarju fiss għandek…

L-ewwel xogħol tiegħek

Li tibda fl-ewwel xogħol tiegħek huwa wieħed mill-iktar żminijiet eċitanti tal-ħajja. Filwaqt li tkun qed tgawdi l-libertà tal-indipendenza finanzjarja, huwa kruċjali li tiżviluppa ħiliet kif timmaniġġja flusek biex iżommuk fuq linja finanzjarja soda. Rati tat-taxxa għas-sena bażi 2020. https://cfr.gov.mt/en/rates/Pages/TaxRates/Tax-Rates-2020.aspx Kalkulaturi Jien obbligat inħallas it-taxxa? L-FS 3 u l-formula tat-Taxxa Skont id-dħul tiegħek u skont l-għażla…

ĠEMMA & PREŻENTAZZJONI TA’ 5 VAWĊERS

Illum, ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, ippreżentat 5 vawċers ta’ €100 kull wieħed lil ħames rebbieħa u dan sar fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, is-Sur Mark Musù ppreżenta l-vawċers lir-rebbieħa. Dawn il-vawċers għandhom jissarrfu fil-Park Towers Supermarket, ta’ Santa Venera jew ta’ San Ġiljan. Matul l-istaġun festiv tas-sena l-oħra, permezz…

GĦAL DARBA OĦRA ĠEMMA PREŻENTI FI SKOLASAJF

ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Fondazzjoni HSBC Malta għal darba oħra qed jikkollaboraw fuq programm ta’ kapaċità finanzjarja immirat għat-tfal fil-livell tal-primarja li dan is-sajf qed jattendu Skolasajf. Il-programm huwa bbażat fuq logħob u workshop, intitolat “Fact or Fake” li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-ħiliet meħtieġa…

IKEL TAJJEB GĦAS-SAĦĦA B’BAĠIT

Fuq baġit strett? Qed tibża’ li biex tiekol ikel tajjeb għas-saħħa se tonfoq aktar minn dak li tiflaħ? Biex iżżomm l-ispejjeż baxxi qed tagħżel li tmur għal ikel ipproċessat jew take aways? L-ewwel riċetta ta’ ikel tajjeb għas-saħħa b’baġit – Fondant taċ-Ċikkulata ppreparat bir-reqqa mill-kok magħruf Neil Darmanin speċifikament għal ĠEMMA X’tista’ tagħmel biex tiekol…

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Malta pparteċipat għall-ewwel darba fl-istħarriġ tal-OECD INFE dwar il-Litteriżmu Finanzjarju fl-2018, permezz ta’ proġett kofinanzjat mill-FSE. L-istħarriġ sar minn ĠEMMA f’isem l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal, u Solidarjetà Soċjali. Fit-twettiq tar-riċerka ġew mistħarrġa 1,000 parteċipant. Riżultat ta’ dan l-istħarriġ ĠEMMA għandha fil-pussess tagħha minjiera ta’ microdata li hi disponibbli għal finijiet ta’ riċerka…