STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA – STĦARRIĠ TAL-POLZ TA’ AWWISSU

Hemm sejbiet interessanti fit-tielet stħarriġ ikkummissjonat minn ĠEMMA, fi ħdan il-Ministeru tal-Familja, Dritt tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u mwettaq mill-EMCS għax-xahar ta’ Awwissu 2020. Is-suġġett kopra l-immaniġġjar tal-flus fid-djar matul il-pandemija tal-COVID-19. Jidher li żewġ terzi tal-popolazzjoni (63%)  ma kellhom l-ebda tibdil fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom għal dawn l-aħħar tliet xhur. Dan huwa pjuttost inkoraġġanti meta…

Kampanja ta’ Għarfien dwar il-Kapaċità Finanzjarja ta’ ĠEMMA għal Persuni b’Diżabilità

Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti fir-rigward ta’: Importanza tal-ibbaġitjar. L-evitar tad-dejn. Iż-żieda fl-abbiltajiet tiegħek biex iżżid il-qligħ tiegħek. Kif tfittex impjieg. Kif iġġemma’. It-tiftix ta’ akkomodazzjoni għal ħajja indipendenti. Il-ksib tal-Karta tad-Diżabilità tal-UE. L-użu ta’ Teknoloġija ta’ Assistenza. Benefiċċji soċjali li int intitolat għalihom. Benefiċċji oħra li int intitolat għalihom. Biex…

X’FATTURI GĦANDI NIKKUNSIDRA QABEL MA NIDDEĊIEDI LI NINVESTI FI PJAN TAL-PENSJONI PERSONALI?

Qabel ma tinvesti t-tfaddil tiegħek fi prodott privat tal-pensjoni tal-irtirar jew kwalunkwe prodott ieħor ta’ tfaddil jew ta’ investiment, huwa importanti li taħseb bir-reqqa dwar il-ħtiġijiet uniċi u s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tiegħek.  Dan jippermettilek tiddetermina jekk l-investiment huwiex tajjeb għalik.  Dawn li ġejjin huma affarijiet li għandek tqis: Immaniġġja l-livell tad-dejn tiegħek Għandek tikkunsidra l-ammont…

KIF TĦALLAS B’LURA L-KONTRIBUZZJONIJIET TAL-PENSJONI TIEGĦEK

Ħlas b’lura – Jekk tieqaf taħdem għal xi perjodu matul il-ħajja tax-xogħol tiegħek u tkompli fi stadju aktar tard, il-pensjoni tal-istat tiegħek tista’ tiġi affettwata. Jekk m’għandekx rekord sħiħ tal-kontribuzzjoni, inti tirriskja li ma tikkwalifikax għall-pensjoni sħiħa ta’ żewġ terzi. Dan ifisser li jkollok id-dħul tal-pensjoni mnaqqas. Jekk int impjegat/a jew taħdem għal rasek, għandek…

Qed Taħseb biex Tinvesti fl-Ishma?

Il-Kwiżż tal-Profil tar-Riskju ta’ ĠEMMA Il-COVID-19 qed ikollu impatt negattiv fuq in-negozji u l-ekonomiji. Għal xi wħud minnkom, din tista’ tkun opportunità – dik li jinvestu f’ishma li qegħdin bi prezz baxx: u kif nisimgħu ħafna drabi: dak li jinżel, xi darba jitla’. Dawn il-ġranet, mis-settur bankarju sar diffiċli li takkwista mgħax tajjeb fuq il-kontijiet…

GĦOTJA TA’ RIFUŻJONI FUQ ID-DEPOŻITU MĦALLAS GĦALL-POSPONIMENT TAT-TIĠIJIET/ĊERIMONJI TAL-UNJONI ĊIVILI

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Silvio Schembri tkellem dwar kemm koppji kellhom jipposponu jew jikkanċellaw għal kollox it-tieġ/l-unjoni ċivili tagħhom din is-sena minħabba l-pandemija COVID-19.  Sfortunatament, xi depożiti ntilfu wkoll. Fid-dawl ta’ dan, koppji li t-tiġijiet/unjonijiet ċivili tagħhom kellhom isiru bejn it-8 ta’ Marzu u t-30 ta’ Settembru issa jistgħu japplikaw biex jiġbru lura…

KAMPANJA TA’ GĦARFIEN DWAR IL-KAPAĊITÀ FINANZJARJA TA’ ĠEMMA GĦALL-PERSUNI LI JAĦDMU GĦAL RASHOM

Il-manwal hu miktub bil-Malti u jipprovdi gwida u suġġerimenti fir-rigward ta’: l-obbligi ta’ persuna li taħdem għal rasha skont il-liġijiet ta’ Malta; l-importanza li tħallas paga lilek innifsek kif ukoll lill-membri tal-familja li jaħdmu miegħek; is-separazzjoni immedjatament tal-flus li għandek bżonn tħallas għall-VAT u għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul mill-ammont li titħallas; l-importanza li tħallas il-kontribuzzjoni…

L-ONOREVOLI MICHAEL FALZON JINAWGURA WIRJA BIX-XOGĦOL TAL-ISTUDENTI FROTT TAL-INIZJATTIVA TA’ ĠEMMA

Iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni għall-Kompetizzjoni tal-Posters saret fit-22 ta’ Settembru fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, fil-Kalkara. Il-Ministru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon faħħar din l-inizjattiva u l-kollaborazzjoni bejn ĠEMMA, il-Fondazzjoni HSBC Malta u d-Direttorat għall-Programmi tat-Tagħlim u l-Assessjar.  Huwa enfasizza wkoll l-importanza li t-tfal jiġu edukati dwar kif iġemmgħu kif ukoll li għandna ninkoraġġixxu l-promozzjoni…

Nifhmu l-fatturi ewlenin li jista’ jkollhom impatt fuq l-irtirar tiegħek: L-Inflazzjoni (1)

F’post reċenti, iddiskutejna kif l-istennija tal-għomor jista’ jkollha impatt fuq l-ippjanar tal-irtirar tiegħek. Hemm fatturi ewlenin oħra li għandhom jitqiesu meta tkun qed tippjana għall-irtirar tiegħek. L-ewwel waħda hija l-inflazzjoni. L-inflazzjoni tirrappreżenta ż-żieda sostnuta ġenerali fil-prezzijiet li tirriżulta mid-domanda għall-oġġetti. Ovvjament, il-prezzijiet ta’ oġġetti magħżula jistgħu jiżdiedu għal raġunijiet mhux relatati mal-inflazzjoni. Eżempju prattiku huwa…

Kampanja ta’ Għarfien tal-Kapaċità Finanzjarja ta’ ĠEMMA għall-Persuni Impjegati f’Negozju tal-Familja

ĠEMMA qed tmexxi kampanja ta’ edukazzjoni dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti mill-kampanja tagħha ĠEMMA nediet il-manwal li ġej intitolat: “Taħdem fin-negozju tal-familja?  Il-bolla hija mod ta’ kif tassigura l-pensjoni tiegħek.  Ħallasha!” dirett lejn persuni li huma impjegati f’negozju tal-familja.…