Il-Manutenzjoni ta’ Darek

Lil hinn mil-lista twila ta’ spejjeż marbuta max-xiri ta’ dar il-manutenzjoni tagħha wkoll tinvolvi l-ispejjeż. F’din it-taqsima għandek issib informazzjoni dwar it-tipi ta’ spejjeż essenzjali li trid taħseb għalihom. Il-pagamenti fuq is-self Din se tkun waħda mill-akbar spejjeż kontinwi tiegħek. Tkellem mal-bank tiegħek biex il-pagamenti tas-self jitnaqqsu awtomatikament mill-kont tiegħek fuq skeda li taħdem l-aħjar…

SKEMA TA’ RIFUŻJONI TAL-KERA U L-ELETTRIKU

Fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-Gvern Malti ħabbar pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika bil-għan li jerġa’ jqajjem l-ekonomija ta’ Malta wara t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19. Wara t-tħabbir ta’ dan il-pjan, il-Gvern Malti reċentement nieda dettalji dwar l-Iskema ta’ Rifużjoni tal-Kera u l-Elettriku. Aktar minn 20,000 intrapriża li ngħataw is-Suppliment tal-Pagi minħabba l-COVID se jkunu jistgħu…

Ix-xiri ta’ darek

Ix-xiri tad-dar huwa eċitanti u jbiddillek ħajtek. Li tfaddal għad-depożitu, li se tpoġġi meta tasal biex tieħu self, huwa importanti. Ftakar, aktar ma tpoġġi flus fuq quddiem, anqas ser ikollok bżonn tissellef, u anqas ser ikun l-ammont ta’ interessi li ser tħallas fuq is-self. Il-mira tiegħek li tixtri darek Kun realistiku xħin tiddeċiedi li tinvesti…

SUPPLIMENT TAL-PAGI U ESTENSJONI TAL-VALIDITÀ TAL-VAWĊERS TAL-GVERN

Waqt laqgħa mal-membri tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li kemm is-suppliment tal-pagi, kif ukoll il-vawċers tal-Gvern, se jkomplu sal-aħħar ta’ Ottubru. Inizjalment dawn kienu validi sal-aħħar ta’ Settembru. Is-suppliment tal-pagi li daħal fis-seħħ f’Marzu li għadda, ta’ €800 jew inqas skont l-eliġibilità, huwa l-kontribuzzjoni tal-Gvern lil min iħaddem biex jgħinu fil-pagi tal-impjegati. Din…

Għaliex huwa importanti li tippjana għall-irtirar tiegħek?

Huwa kruċjali li wieħed jifhem kif taħdem il-kontribuzzjoni ta’ 10% tas-sigurtà soċjali li tħallas kull xahar bħala impjegat. Fehim ħażin ta’ kif jaħdem dan jista’ jaffettwa t-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħek għall-irtirar b’mod negattiv. Il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ 10% titħallas fuq il-paga grossa medja biss. Dan ifisser li ma tħallas l-ebda kontribuzzjoni fuq xi fringe benefits jew…

Il-Manwal ta’ ĠEMMA għal Persuni bi Dħul Baxx

ĠEMMA qed tmexxi kampanja edukattiva dwar il-kapaċità finanzjarja li hija kofinanzjata taħt il-Fond Soċjali Ewropew. Il-kampanja hija diretta lejn 14-il kategorija differenti ta’ persuni. Bħala parti minn din il-kampanja ĠEMMA nediet manwal intitolat “Kif tieħu ħsieb flusek jekk id-dħul tal-familja huwa baxx” li huwa dirett lejn persuni fi impjieg bi dħul baxx. Il-manwal huwa miktub…

GĦALIEX HUWA IMPORTANTI LI TIPPJANA GĦALL-IRTIRAR TIEGĦEK – L-EWWEL PARTI

Qabel, l-istennija tal-għomor kienet tali li t-tgawdija ta’ rtirar twil ma kinitx possibbli. Fil-fatt fl-1960, l-istennija tal-għomor ta’ persuna maskili Maltija kienet ta’ 66 sena, filwaqt li dik ta’ mara kienet ta’ 71 sena. Illum, fl-2020, l-istennija tal-għomor hija ta’ 79 sena għall-irġiel u 84 sena għan-nisa. Aħna qed ngħixu aktar fit-tul, li jfisser li…

Kampanja Edukattiva għal Persuni Li Jaħdmu ma’ Negozju tal-Familja

L-posters jesponu l-messaġġ ewlieni tal-kampanja.  Aħna, it-tim ta’ ĠEMMA nħeġġuk biex tipprintja kwalunkwe wieħed minn dawn il-posters u tiċċirkolahom lin-nies li taf – bħal tal-laħam, tal-istationery, tal-merċa, etċ. Dan jirriżulta mill-fatt li persuni li huma impjegati f’negozju tal-familja jirċievu paga baxxa.  Xi drabi, jekk is-sieħeb/a j/tkun qed j/taħdem ukoll man-negozju tal-familja hemm każijiet fejn ma…

ĠEMMA WEBINAR FUQ IL-LITTERIŻMU FINANZJARJU LILL-ISTAFF TA’ HSBC

Lejn l-aħħar ta’ Lulju, il-Fondazzjoni HSBC Malta stiednet lit-tim ĠEMMA biex jipparteċipa f’webinar dirett lejn l-istaff tal-HSBC biex tintroduċi lil ĠEMMA: Kun Af, Ippjana, Aġixxi, u l-inizjattiva tal-Gvern dwar il-kapaċità finanzjarja, kif ukoll biex tippreżenta l-Istħarriġ tal-Polz ta’ ĠEMMA li bħalissa qed twettaq fuq l-Immaniġġjar tal-Flus fid-Djar. Din hija inizjattiva oħra li ĠEMMA ħadmet bi…

Studenti f’livell t’edukazzjoni ogħla: l-immaniġġjar tal-flus u s-self għall-istudenti

ĠEMMA u l-BOV qed jagħmlu Webinar fis-26 ta’ Awwissu 2020 dwar studenti f’livell t’edukazzjoni ogħla fuq l-immaniġġjar tal-flus u s-self għall-istudenti.  Għandek tfal li se jkunu qed ikomplu jistudjaw f’livell t’edukazzjoni ogħla, b’mod partikolari, barra? Se tkun l-ewwel esperjenza tagħhom li jgħixu waħedhom barra mill-pajjiż – fl-immaniġġjar ta’ baġit, fil-kiri ta’ post, fl-immaniġġjar tal-ispejjeż ta’ kuljum,…