COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 19

Niżżel il-manwal għall-Planner ĠEMMA tal-Baġit Tiegħi. Ikklikkja hawn biex tniżżlu. Lezzjoni importanti li rridu nieħdu mill-kriżi tal-COVID-19 hija kemm hu importanti għalina li nagħmlu baġit. X’inhu baġit? Baġit huwa pjan bil-miktub li jgħinek tkun taf kemm għandek flus deħlin u juri fuq xiex għandek bżonn tonfoqhom. Dan jgħinek ukoll iżżomm kont ta’ dak li qed…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 18

Is-swieq finanzjarji dinjija tal-ishma waqgħu ħafna u għalhekk huwa naturali li qed tippanikja. Inti forsi qed taħseb biex tbiegħhom u toħroġ issa biex issalva xi ħaġa mill-investimenti tiegħek, jew inkella tħalli l-investimenti tiegħek jinġarru mill-effetti tal-COVID-19 bil-possibbiltà li titlef kollox. It-tim ĠEMMA jissuġġerixxi li inti ssegwi dawn iż-żewġ passi matul dan il-perjodu. Aħseb darbtejn qabel ma…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 17

Assistenza fil-ħlas tal-kirjiet Il-Gvern ħabbar li l-persuni affettwati b’mod negattiv mill-COVID-19 jistgħu jirċievu benefiċċji li jkopru sa 80% tal-kera. Il-persuni li huma eliġibbli għal dan il-benefiċċju huma: persuni li tilfu l-impjieg tagħhom u għalhekk mhumiex qed jirċievu l-ebda paga; persuni li huma temporanjament sospiżi fuq leave bla ħlas; persuni li jaħdmu għal rashom li d-dħul…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 16

Il-Gvern ħabbar li laħaq qbil mal-banek kummerċjali kollha biex jillimita r-rata tal-imgħax fuq self ta’ kapital operatorju għal 3.5%. Il-banek involuti huma l-Bank of Valletta, l-HSBC, l-APS Bank, il-MeDirect, il-BNF, il-Lombard Bank, l-Izola Bank u l-FCM Bank. Barra minn hekk, il-Gvern se jkopri l-ewwel 2.5% tar-rata tal-imgħax għall-ewwel 24 xahar – fil-fatt se jipprovdi sussidju…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 15

Ir-riċerka turi li l-karti tal-flus u l-muniti ma joħolqux riskju partikolari ta’ infezzjoni għall-pubbliku.  Il-probabbiltà tar-riskju li wieħed jiġi infettat mill-karti tal-flus u l-muniti hija iżgħar minn dik ta’ ħafna oġġetti oħra użati kuljum. Biex taqra aktar fuq hekk, ara dan l-artikolu: https://www.Bundesbank.de/EN/tasks/topics/Cash-poses-No-particular-risk-of-infection-for-Public-828762

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 13

Peress li qed nesperjenzaw il-COVID-19, hemm possibbiltà tajba li qed taħdem mid-dar, it-tfal tiegħek qed jitgħallmu mid-dar u b’mod ġenerali qed tqatta’ aktar ħin fid-dar. Kif dejjem enfasizzajna fil-posts tagħna, minħabba l-inċertezzi, huwa importanti ħafna li timmaniġġja l-ispejjeż tiegħek. L-immaniġġjar tal-ispejjeż jista’ jsir billi jitnaqqas dak li bl-Ingliż insejħulu revenue leakage  – jiġifieri  l-ispejjeż li wieħed…

TNEDIJA TA’ KALKULATUR ĠDID: IL-LATTE TRACKER

It-tim ĠEMMA bi pjaċir jinfurmak li nieda kalkulatur ġdid – Il-Latte Tracker. Il-fattur Latte kien imsawwar minn ċertu David Bach li ħareġ l-idea sempliċi li l-affarijiet trivjali li nonfqu fuq affarijiet ta’ kuljum jammontaw għal somma kbira matul il-perjodu ta’ sena. Il-fattur Latte huwa l-infiq bla ħsieb fuq l-affarijiet żgħar ta’ kuljum li ma jżidux…

COVID-19 U L-IMMANIĠĠJAR TA’ FLUSEK: POST 11

Il-COVID-19 jista’ jkun li ħoloq pressjonijiet ta’ flus fuqek u fuq il-familja tiegħek. Tnaqqis fis-salarju jew it-telf tiegħu se jikkawża dan. Jista’ jkun li kellek miġmugħ għal meta jinqala’ xi inkwiet u qed tipprova żżomm l-affarijiet normali billi tuża dan il-fond biex tagħmel dan. Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 issa ilha magħna għal kważi 6 ġimgħat. Inti lħaqt il-punt…

Kif toqgħod bogħod mill-periklu tal-iscams matul il-COVID-19

Dan l-artiklu ġie ppostjat minn Tom Harman fuq is-sit minn New Zealand bl-isem ta’ Sort-it. Dan qed jiġi ppreżentat fuq il-portal ĠEMMA. L-artiklu oriġinali jinsab f’din il-link: https://sorted.org.nz/must-reads/how-to-Stay-safe-from-scams-During-covid-19/ Jekk hemm xi ħaġa li fiha l-iscammers huma prevedibbli, hija li dawn se jipprovaw jieħdu vantaġġ ta’ nies kull xħin jistgħu. Huma jaraw dan bħala opportunità. Sfortunatament,…

Riżorsa ġdida: ĠEMMA – Il-kalkulatur tal-valur nett tiegħi

It-tim ta’ ĠEMMA applowdja kalkulatur ġdid: ĠEMMA – Il-kalkulatur tal-valur nett tiegħi. Il-valur nett huwa kalkolu relattivament ħafif u faċli biex tagħmel, u huwa mod siewi biex issegwi l-progress finanzjarju tiegħek u tara jekk intix verament miexi/ja ’l quddiem. Allura x’inhu l-valur nett u kif taħdem il-valur nett tiegħek? Il-valur nett huwa indikatur tal-qagħda finanzjarja…