Nifhmu l-Immaniġġjar tal-Flus fl-Istadji differenti tal-Ħajja

L-attitudni tiegħek lejn l-immaniġġjar tal-flus mhijiex l-istess fi stadji differenti ta ‘ ħajtek. Tabilħaqq l-attitudni tiegħek lejn l-immaniġġjar tal-flus tinbidel hekk kif tikber aktar fl-età u tassumi responsabbiltajiet tal-ħajja akbar. L-istadji fil-vjaġġ tal-ħajja tiegħek meta niġu għall-immaniġġjar tal-flus huma bażikament 5. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta kif l-attitudni u l-imġiba tiegħek għall-immaniġġar tal-flus se tinbidel…

REGOLI PRATTIĊI LI L-ADOLEXXENTI U L-ADULTI ŻGĦAŻAGĦ GĦANDHOM ISEGWU

Dan il-post jippreżenta regoli prattiċi għall-immaniġġjar tal-flus li l-adolexxenti u l-adulti żgħażagħ għandhom isegwu. Ir-regoli prattiċi jimbuttaw u jiggwidaw lill-persuni ta’ etajiet diversi b’ċirkostanzi diversi biex jieħdu d-deċiżjonijiet finanzjarji biex jimmaniġġjaw il-flus. Ir-riċerka barra mill-pajjiż turi li l-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ jilqgħu bi pjaċir pariri u gwida b’regoli prattiċi biex tgħinhom jimmaniġġjaw flushom. Ir-riċerka mwettqa mill-Money…

ONFOQ BIL-GĦAQAL 2020 – 5 RIĊETTI GĦALIK

Għar-raba’ sena konsekuttiva ĠEMMA bħala parti mill-kampanja tagħha Onfoq bil-Għaqal qed tniedi 5 vidjows ġodda ta’ riċetta li huma sempliċi biex isiru u b’baġit baxx. Oqgħod attent/a għalihom hekk kif qed jittellgħu gradwalment fuq dan il-post, iżda jistgħu jidhru wkoll fit-tab tal-Vidjows tagħna, u fuq il-paġna ta’ Facebook. It-tim ta’ ĠEMMA jixtieqek staġun tal-vaganzi mimli…

L-ISTAĠUN FESTIV HUWA HAWN: PARIRI FINANZJARJI LI TISTA’ TIKKUNSIDRA! IT-TIENI PARTI

Issa ninsabu kważi ġimgħa ‘l bogħod mill-Milied. Il-probabbiltà hija li inti diġà għandek pjanijiet lesti għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida u issa qed tirranka għall-aħħar parti. Dan il-post hu kontinwazzjoni ta’ dak li kellna l-ġimgħa l-oħra – u għalhekk se jkollok aktar suġġerimenti finanzjarji x’tikkunsidra.   Evita li tuża l-karta ta’ kreditu tiegħek Mur għal Secret…

KAMPANJA ĠEMMA ONFOQ BIL-GĦAQAL: IL-MILIED 2018 U 2019 U NFIQ FIS-SENA L-ĠDIDA

Mit-tnedija ta’ ĠEMMA f’Novembru 2017, ĠEMMA nediet il-Kampanja Onfoq bil-Għaqal. Il-kampanja tal-2020 bdiet nhar il-Ħamis bl-10 webinar dwar l-infiq matul il-perjodu festiv. Il-panel kien jikkonsisti mis-Sinjura Denise Farrugia, Mexxejja tal-Proġett għal Ħiliet il-Komunità fl-Aġenzija għas-Servizzi Komunitarji u Terapewtiċi; Is-Sinjura Abigail Mamo, CEO fil-Kamra tal-SMEs, u s-Sur Ben Camille attur lokali magħruf sew, u Ambaxxatur għal…

L-ISTAĠUN FESTIV HUWA HAWN: PARIRI FINANZJARJI LI TISTA’ TIKKUNSIDRA!

Għal darb’oħra, se nidħlu fi staġun festiv ġdid. Għal ħafna, l-istaġun tal-festi jista’ jkun stressanti – ix-xiri tar-rigali għat-tfal u l-qraba, spejjeż għall-ħruġ, eċċ. Il-probabbiltà hija li dan l-istaġun festiv se jkun fuq in-naħa kwieta – Il-COVID-19 ħassar il-festi. Hawn għandek xi suġġerimenti finanzjarji minn ĠEMMA li tista’ ssegwi dan l-istaġun festiv. Ftakar il-‘ħtiġijiet’ tiegħek…

L-Aħħar Kalkulatur Tagħna: Eħles mid-Dejn

Jekk għandek aktar minn dejn wieħed – aktar minn karta ta’ kreditu waħda, self fuq id-dar, self għall-karozza – qatt staqsejt xi strateġija għandek tadotta biex tħallas id-dejn tiegħek. Aktar kmieni din is-sena ĠEMMA ippostjat serje ta’ artikli fir-rigward tad-dejn. Dawn kienu jinkludu suġġerimenti biex tnaqqas l-ispiża tad-dejn tal-karti ta’ kreditu tiegħek, kif tagħmel l-aħjar…

IL-ĠBID MIT-TFADDIL TAL-FOND TAL-PENSJONIJIET U REGOLI PRATTIĊI – NUMRU 4: REGOLA TAL-ISTENNIJA TAL-GĦOMOR – PARTI V

Din hija l-V parti mis-serje ĠEMMA dwar ir-regoli prattiċi li jaġixxu bħala gwida utli u affidabbli, li joffru kors ta’ azzjoni aħjar lill-persuni, meta jiġu biex jiġbdu mill-fond tal-irtirar tagħhom. Ir-regola tal-lum tesplora r-Regola tal-Istennija tal-Għomor. Din ir-regola tara li kull sena tieħu l-valur attwali tat-tfaddil tal-irtirar tiegħek diviż bl-istennija medja tal-għomor li jifdal f’dak…

RIŻORSA ĠDIDA: TRACKER BIL-GĦAN LI TFADDAL

It-tim ĠEMMA tella’ għodda ġdida – it-Tracker bil-Għan li Tfaddal. L-ewwel trid tistabbilixxi l-għanijiet tat-tfaddil tiegħek. Għal xiex qed iġġemma’?  L-għanijiet tat-tfaddil tiegħek jistgħu jkunu għat-twettiq tal-manutenzjoni fid-dar tiegħek jew għax-xiri ta’ sodda ġdida għat-tifla tiegħek. Tista’ tkun qed iġġemma’ għal vaganza tal-familja. Tista’ tkun qed iġġemma’ għall-irtirar jew għal fond għal meta jinqala’ xi ħaġa…

IL-ĠBID MIT-TFADDIL TAL-FOND TAL-PENSJONIJIET U REGOLI PRATTIĊI – IT-TIELET PARTI: REGOLA TA’ DATA FISSA – PARTI IV

Din hija r-IV parti mis-serje ĠEMMA dwar ir-regoli prattiċi li jaġixxu bħala gwida utli u affidabbli, li joffru kors ta’ azzjoni aħjar lill-persuni, meta jiġu biex jiġbdu mill-fond tal-irtirar tagħhom. Ir-regola tal-lum tesplora r-Regola tad-Data Fissa. Din ir-regola tara li tnaqqas biċċa biċċa mill-fond tal-pensjoni tiegħek matul perjodu sa data stabbilita – fejn kull sena…